-Charlo Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Charlo Bonnici qal li l-gvern kellu jċedi għal diversi setturi fil-liġi dwar il-media u l-malafama wara pressjoni kbira fl-opinjoni pubblika u minn esponenti ewlenin tal-media.
F’diskors fil-parlament Charlo Bonnici qal li kien ikun aħjar kieku l-Gvern ma ħalleix is-sens ta’ rabja jiddomina fit-tressiq tal-abbozz. Kieku l-iskop kien ġenwin, il-gvern ma kinx jirtira bil-mod kif għamel iżda f’dan il-każ inudna li l-battalja kienet miltufa għaliex l-iskop kien ħain. L-intenzjoni kienet ħażina u kien għalhekk li l-Gvern irtira. Mhux ta’ b’xejn li l-aqwa imħuħ fil-pajjiż involuti fil-media kienu tant kritiċi għal dan l-abbozz, li kellu elementi anti demokratiċi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern kellu jċedi quddiem din il-pressjoni u qal li dan ma kinx każ li kellu jkun paragunat mal-libertà tal-espressjoni. Hu sostna li l-gvern ma jistax jitwemmen meta jgħid li jrid iżid l-libertà tal-espressjoni meta fil-pajjiż hawn atmosfera li fiha l-poplu qed joqgħod lura milli jitkellem għaliex jibża’ li jbati l-konsegwenzi.
Charlo Bonnici semma l-mod kif qed jitmexxa x-xandir pubbliku u mod kif ministru tal-gvern qed juża l-fondi pubbliċi għal reklami għalih fuq il-media.
Dwar ix-xandir pubbliku, id-deputat Nazzjonalista qal li fl-iskeda ta’ Ottubru fuq il-PBS kienu eliminati programmi ta’ diskussjoni li kienu jagħtu l-opportunità ta’ diskussjoni mhux manipulata.
Id-deputat Nazzjonalista qal li meta organizzazzjonijiet tal-media mhux manipulata jkunu elimanti, allura l-id manipulattiva tal-Gvern tkun anki waslet sal-għażla tal-programmi fuq ix-xandir tal-istat. Lanqas l-aħbarijiet fuq ix-xandir tal-istat m’huma nieqsa minn din il-manipulzzjoni anki dawk imxandra fu qil-portal.
Il-Gvern irrovina l-Awtorità tax-Xandir billi ħatar chaiperson bla kapaċità biex tmexxi din l-Awtorità. Din issa kellha tirriżenja wara l-pressjoni kbira li saret fl-opinjoni pubblika. Il-Gvern issa għandu jpoġġi persuni kompetenti biex l-Awtorità tax-Xandir tikseb il-kredibbiltà.
Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-fatt li l-Ministru Konrad Mizzi nefaq €5,500 minn fondi pubbliċi f’kampanja diġitali pubbliċiatrji biex tippromwovih.
L-Oppożizzjoni taqbel li jitneħħa l-libell kirminali u ma taqbilx mal-mandati ta’ sekwestru kif għamel il-Ministru Chris Cardona fuq ġurnalista. Hu qal li mhux konvint mill-intenzjoni tal-gvern minħabba li kien ministru tal-Gvern stess li għamel mandat ta’ sekwestru kontra ġurnalist.
Dwar il-multi ta’ libell li minn €11,000 issa se jitilgħu għal €20,000, Charlo Bonnici qal li dan hu massimu għoli wisq u sostna li l-massimu eżistenti kien biżżejjed.
//= $special ?>