Lokali Parlament

Il-gvern ried isikket il-ġurnaliżmu ħieles

– Edwin Vassallo, PN

Permezz tal-liġi dwar il-midja u l-malafama l-gvern ried isikket il-ġurnaliżmu ħieles fil-pajjiż.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament llejla d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-politika tal-PN u tal-PL huma totalament differenti, fejn il-gvern għandu problema ta’ atteġġjament politiku ta’ żewġ standards b’kunflitt politiku b’żewġ personalitjaiet fejn il-Prim Ministru bħala chairman tal-Presidenza tal-UE jitkellem fuq id-demokrazija fl-UE iżda f’Malta s-sitwazzjoni tkun bil-maqlub.

Edwin Vassallo qal li fil-parlament il-gvern b’din il-liġi kif inhi llum qed juri li għandu problema u li d-demokrazija u l-valur tal-libertà huma mhedda. Din hi liġi tal-mistħija, għajb u diżunur. Hu qal li m’għandux fiduċja f’dak li qed jgħid il-gvern dwar emendi li se jressaq.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien hemm biss żewġ ministri u ex ministri li tkellmu dwar din il-liġi. Il-ministri li tkellmu dwar l-liġi kienu l-ilpup liebsa ta’ ħrief, sostna Edwin Vassallo, li qal li din il-liġi ħasdet lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-valuri tal-libertà u tal-espressjoni ħielsa fil-pajjiż. Hu semma d-diversi personalitjaiet li tkellmu kontra fin il-liġi fosthom id-Dekan tal-Univeristà l-Professur Kevin Aquilina.

Edwin Vassallo qal li l-PL qed jattakka lil Daphne Caruana Galizia għax din tikkritika lill-PL iżda jirkbu fuq il-karru tagħha meta din tattakka lill-PN. Il-Gvern sema’ l-kritika għax ma kellux triq oħra u għax l-elezzjoni tinsab fil-qrib u kien qed jitlef il-popolarità, sostna Edwin Vassallo, li kompla li kieku ma kinx hemm il-kritika l-gvern kien iressaq il-liġi kif inhi bla loġika ta’ emenda. Kienu l-protesti li wasslu biex il-gvern bidel il-verżjoni.

Edwin Vsasallo qal li l-Oppożizzjoni ma tisatx tafda lill-gvern li se jressaq l-emendi għaliex din mhix l-ewwel darba li l-gvern iressaq liġijiet bla viżjoni. Din hi liġi bla viżjoni, sostna Edwin Vassallo, li kompla li din hi liġi minħabba li ċertu ġurnalisti u bloggers kienu qed idejqu lill-gvern u l-gvern ried jagħalqilhom ħalqhom. L-intenzjoni tal-Gvern kienet li jsikket il-ġurnaliżmu ħieles.