Il-kantanta Janice Mangion akkumpanjata mill-awtur tal-kanzunetta Kewkba, Emil Calleja Bayliss, iltaqghu mal-istudenti kollha li jattendu l-iskola primarja Happy School fir-Rabat Għawdex, fost entuzjazmu kbir mit-tfal, li ferhithom bil-kanzunetta Kewkba. li giet fit-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest li sar dan l-ahhar.
Aktar qabel Janice attendiet ghal sessjoni fejn l-istudenti kollha tas-sitt sena tal-imsemmija skola flimkien mal-ghalliema taghhom kienu qed jitghallmu kif jaghmlu u jiktbu intervista.
Iz-zjara tal-Kantanta Janice kienet parti mill-proġett Learning through the Eurovision: a multimodal research project li tnieda minn Dr. George Cremona tal-Fakulta tal-Edukazzjoni fl-Universita ta’ Malta fl-2014.