Is-settur tal-bejgħ tal-propjeta’ irridu naraw x’direzzjoni se jieħu f’pajjiżna fejn l-irwol tiegħu għall-ekonomija ma jkunx biss ta’ valur imma jkun f’kuntest fejn il-propjeta’ li tinbigħ toffri kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
Dan sahqu x-Shadow Minister ghall-ekonomija Claudio Grech waqt laqgha li kellu fil-Parlament ma’ rappreżentanti tal-Federazzjoni tal-aġenti tal-propjeta’, l-FEA. Hu kien akkumpanjat mill-kelliem għat-Turiżmu Antoine Borg u mill-kandidati għall-elezzjoni generali Justin Fenech u Sam Abela.
Claudio Grech qal li din il-laqgħa hi waħda minn sensiela li l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza sabiex mal-istakeholders jispjega d-dokument li fassal il-Partit bit-titlu Ekonomija għan-Nies.
Ix-Shadow Minister għall-Ekonomija qal li l-FEA hi stakeholder importanti li r-rwol tagħha għandu jmur lil hinn mis-settur tal-bejgħ tal-propjeta’. Dan minbarra ma elimina l-fatt li l-iżvilupp hu element importanti.
Semma’ kif li jkollna kwalita’ ta’ ħajja aħjar sar fattur importanti għall-familji. Fattur li rridu nassiguraw billi jkun hawn bilanċ bejn l-investiment fl-infrastruttura mbasta ma jkunx a scapitu tal-ispazji miftuħa li s-soċjeta’ għandha dritt tgawdi.
Claudio Grech semma’ d-dversi setturi li ħoloq Gvern Nazzjonalista u li issa pajjiżna jrid jimxi lil hinn minnhom u joħloq oħrajn u li dawn is-setturi ekonomiċi ġodda jimxu id f id mal-viżjoni ekonomika tal-pajjiż kollu.
Minn naħa tagħhom l-FEA qalu li kellhom iċ-ċans jeżaminaw id-dokument Ekonomija Għan-nies u fih proposti validi mmens li jistgħu iħallu impatt tajjeb ekonomikament. Semmew kif kwitjoni li tinkwethom hi l-prezzijiet tal-kirjiet tal-propjeta’. Spejaw kif prijorita’ tal-gvern għandha tkun li koppji li għadhom żgħar u jridu jixtru jew jikru post jaslu biex jagħmlu dan il-pass għaliex fil-futur dan jaf ikun diffiċli biex isir.
//= $special ?>