Lokali

“Inħobbuk għal dejjem” – il-ġenituri ta’ Redeemer

L-għada tal-inċident fatali fil-Marsa li ħasad il-ħajja ta' Redeemer Tesi ta' 21 sena minn Raħal Ġdid

Waqt li tħabbar li għada Redeemer Tesi, li nhar il-Ħadd miet f’inċident tat-traffiku fil-Marsa se jingħata l-aħħar tislima, f’messaġġ fuq facebook omm Redeemer, Monice, f’isem missier Redeemer u l-familja, għamlet “share” ta’ ritratt ta’ binha u kitbet li l-aħħar darba li kienet ratu, kien fl-istess ħin ta’ ġurnata qabel. Hi kitbet messaġġ lil binha u qaltlu “inħobbuk għal dejjem”.

Sanittant tħabbar li Redeemer se jingħata l-aħħar tislima għada fis-14:00 ta’ waranofsinhar fil-Knisja tal-Lunzjata f’Ħal-Tarxien. Il-fmailja qed titlob biex dawk li jattendu jilbsu qalziet iswed u qmis bajda.