L-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi kien onorat bl-unur Ġieħ il-Belt mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta waqt serata li saret biex jitfakkar l-450 anniversarju mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Belt.
Iċ-ċerimonja saret fil-Fortress Building fil-Belt stess u tmexxiet minn Mario Micallef u għaliha atgtendew ukoll is-Sindku tal-Belt Alexiei Dingli, Kunsillieri u mistednin oħra.
Lawrence Gonzi kien onorat għall-ħidma tiegħu fil-qasam politiku, fil-volontarjat u fis-sehem tiegħu biex bħala Prim Ministru beda l-proċess tar-restawr u tar-rijabilitazzjoni biex il-Belt terġa tieħu l-ħajja. Hu kien onorat ukoll għall-impenn tiegħu favur il-pajjiż fejn irnexxielu jinnegozja żewġ pakketti finanzjarji mal-Unjoni Ewropea li bihom Malta se tkun ingħatat aktar minn żewġ biljun ewro sas-sena 2020.
Sadattant waqt is-serata kienu onorati wkoll Patri Marcellino Micallef li ingħata l-unur taċ-Cittadinanza Onorarja filwaqt li sena persuni ingħataw rikonoxximent.
Dawn huma s-Surġent Maġġur Patrick Bonnici, Vincent Fenech, Dr Joe Micallef Stafrace fejn ibnu Simon irċieva l-unur f’isem missieru, Anthony Polidano, Victor Scerri, Alfred Zammit u Vincent Zammit.
Is-Sindku Alexiei Dingli qakl li l-fl-a]]ar 10 snin il-Belt Valletta kien hem,m qawmien ġdid li beda fi żmien Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru u tkompla mill-amministrazzjoni preżenti.
Hu qal li l-Kunsill qed jaħdem biex fil-bini l-ġdid tal-Kunsill jinfetaħ l-ewwel Ċentru għall-Anzjani fil-Belt Qal li jeħtieġ li tingħata aktar importanza lir-residenti u fakkar li s-sena d-dieħla l-Belt Valletta se tkun il-Kapitali Kulturali Ewropea.
//= $special ?>