Il-plejer veteran ta’ Gżira Athleta Michael Naudi hu l-BOV plejer tax-xahar tal-ewwel diviżjoni għal Frar. Għal Naudi, dan kien is-16-il unur fil-karriera ma’ Athleta.
Naudi kellu medja eċċezzjonali ta’ 11.14 rebound kull logħba matul Frar kif ukoll 3.33 assits. Huwa kellu medja ta’ 65% mill-free-throw line (24 minn 37) u 47% mit-tiri ta’ żewġ punti (43 minn 91).
Sarah Pace ta’ Caffe Moak Luxol rebħet l-unur tan-nisa. Minbarra li kienet ivvotata bħala l-MVP tal-finali tan-knockout tan-nisa, Sarah kella medja ta’ 3.06 steals u 1.67 assists kull logħba kif ukoll 40% mit-tiri ta’ żewġ punti (12 minn 30). Dan hija s-seba’ darba li Sarah rebħet dan l-unur.
Kwame Thompson ta’ Gżira Athleta kien l-għażla awtomatika għall-unur tat-tieni diviżjoni tal-irġiel. Kwame skorja l-aktar punti, 107 punti fi 3 logħbiet għal medja ta 35.67ppg kellu l-aqwa perċentwali fil-free throws (15 20-75%) u mill-grawnd (40 46-86%).
Huwa lagħab 35.19 minuti għal kull logħba u kellu wkoll medja ta’ 5.67 steals kull logħba.
Dan hija t-tieni darba dan l-istaġun fejn Kwame qed jirbaħ dan l-unur li diġa rebaħ f’Ottubru 2016.
Peter Perotti, Chief Officer fil-Bank of Valletta ppreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa.
Bank of Valletta ilhom imsieħba mal-Malta Basketball Association mis-snin 70 u llum huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi fil-għejjer tagħna.
//= $special ?>