Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, jinsab qrib li jiffirma direttiva eżekuttiva biex iwarrab elementi ewlenin tal-pjan kontra l-global warming li kien ressaq il-Gvern tal-President (Amerikan) preċedenti, Barack Obama.
Il-pass, fost oħrajn, iwarrab il-Clean Power Plan li jirrikjedi biex l-Istati jnaqqsu l-produzzjoni tal-gassijiet.Intant, id-direttiva anki tnaqqas mill-baġit tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent – bir-regolamenti dwar il-produzzjoni taż-żejt, il-gass u l-faħam iridu jgħaddu minn reviżjoni.
Il-President Trump kien wiegħed biex ineħħi r-regoli għall-ambjent (green rules) li qal li ‘qegħdin jaffettwaw ħażin lill-ekonomija’. Intant, Donald Trump — waqt il-kampanja elettorali ta’ xhur ilu — kien ħalef biex jirtira lill-Istati Uniti mill-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima li kien intlaħaq f’Diċembru tal-2015.
Filwaqt li l-White House qed tgħid li l-miżuri ġodda jgħinu ‘għal enerġija nadifa u affordabbli li tistimola l-iżvilupp ekonomiku’, il-gruppi favur l-ambjent wissew li d-direttiva ta’ Trump għandha tħalli konsegwenzi serji fl-Istati Uniti u ‘il hinn minnha.
//= $special ?>

