Saveria Casaru tagħlaq 100 sena. Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca llum żaret lil Saveria fid-dar tagħha fl-Imsida.
Flimkien ma’ Saveria kien hemm ukoll il-familja tagħha li flimkien laqgħu lill-President ta’ Malta fir-residenza ta’ Casaru llum bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet t’għeluq il-100 sena ta’ Saveria.




