Lokali Parlament

Abbandun f’toroq fiż-Żurrieq u Ħal Safi

– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-gvern abbunduna xogħlijiet importanti li kienu qed isiru fi tliet toroq fiż-Żurrieq u f’Ħal Safi.

F’diskors fl-Aġġornament Toni Bezzina tkellem dwar diversi toroq fil-ħames distrett, liema xogħlijiet kienu għaddejjin iżda llum hemm telqa kbira.

Dawn it-toroq huma Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq, Triq il-Kuċċard f’Ħal Safi u Triq Ħal Far. Fid-diskors tal-bugdet li għadda kien hemm diskors li x-xogħlijiet fi Vjal ix-Xarolla se jibdew b’mod immedjat. Minkejja li x-xoħgol fuq din it-triq beda issa ilu madwar erba’ xhur wieqaf. Toni Bezzina staqsa x’qed iżomm milli jitkompla dan ix-xogħol fuq it-triq ta’ madwar 300 metru tul. Sal-Milied li għadda din it-triq kellha tkun lesta minn kollox inkluż it-tarmak.

Id-deputat Nazzjonalista qal li s’issa sar biss it-tħammil u l-bini tal-ħajt, fejn hemm ukoll dubju kemm dan il-ħajt jiflaħ għat-triq fil-kuntest tal-bażi tat-triq u tat-tramak. Il-Gvern kien qal li x-xogħlijiet kellhom jibdew f’Settembru biex ma jaħbtux mal-festa taż-Żurrieq iżda l-inqas li stennew ir-residenti li jużaw din it-triq kien li jgħaddi dan it-tul taż żmien u t-triq tinsab fi stadju diżastuż. Hu qal li fadal ħafna xogħlijiet li għad iridu jsiru.

Toni Bezzina kompla li l-gvern missu ħareġ l-offerti fuq ix-xogħlijiet anċillari biex ix-xogħljiet m jieqfux. Hu qal li f’magazine li rċieva mil-MDA kien hemm intervista mal-Ministru Joe Mizzi li qal li hu jmur jċċeekkja x-xogħolijiet iżda bla dubju li ma marx fi Vjal ix-Xarolla għax kieku ma kinx iħalli din it-telqa fit-triq.

Hu kompla li għad hemm għadira enormi fit-triq minħabba li għamlet ix-xita b’periklu għar-residenti tat-triq minħabba l-insetti li qed jinġabru. Hu appella lill-gvern biex ix-xogħlijiet jitkomplew immedjatament.

Dwar Triq il-Kuċċard, Toni Bezzina qal li x-xogħlijiet bdew minn gvern Nazzjonalista erba’ snin ilu iżda kif tela’ l-Gvern Laburista x-xogħlijiet waqfu. Il-Ministru qed jgħid li nstabu fdalijiet arkoeloġiċi u kdllhom jinbildu xi livelli biex dawn ikunu salvagwardjati. Hu tajjeb li l-fdalijiet arkoeloġiċi jkunu salvagwardjati iżda biex jinbidlu erba’ livelli tat-triq m kellhomx idumu erba’ snin. F’din it-triq hemm biss ħaxix ħażin u munzelli ta’ skart.

Hu semma wkoll Triq Ħal Far li hi mimlija ħofor b’perikli kbar għax-xufiera. Din hi triq rurali u biex issir hemm invstiment qawwi li jrid isir u minkejja li taqa’ taħt til-kunsill lokali, żgur li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq mhux f’pożizzjoni finanzjarja li jagħmel din it-triq. Għalhekk għandu jintervjeni l-gvern biex din issir. Minkejja li jaf b’din is-sitwazzjoni, l-Gvern għadu ma ħax passi.

Dan meta saru diversi toroq rurali b’fondi tal-UE iżda din it-trri ma saritx minkejja li din tintuża minn raħħala, bdiewa u residenti li jkunu sejrin miż-Żurrieq lejn Birżebbuġa. Din tnaqqas ukoll il-konġestjoni tat-traffiku li jkun hemm fiż-żona.