Anzjan ta’ 71 sena minn Ħal Luqa tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ fi Triq l-Imgieret għall-ħabta tas-6.15a.m. meta l-anzjan ittajjar minn vettura tal-għamla Toyota Hilux misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti l-Imqabba.
L-anzjan miet fuq il-post. Il-Maġistrat tal-għassa Josette Demicoli kienet informata bil-każ u qed tmexxi l-inkjesta. Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Iktar dettalji hekk kif jaslulna.