Lokali

FILMAT: Karozza taqa’ żewġ sulari b’raġel ġo fiha fil-Furjana

Karozza taqa' żewġ sulari ġo parkeġġ fil-Furjana

Raġel waqa’ bil-karozza b’kollox minn għoli ta’ madwar żewġ sulari f’parkeġġ fil-Furjana.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.20am meta r-raġel kien qed jimmanuvra biex joħroġ bil-karozza miż-żona tal-parkeġġ u għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura. Fortunatament, is-sewwieq ħareġ waħdu minn ġol-vettura li ġarrbet ħsarat kbar bil-waqa’.

NET News hu infurmat li s-sewwieq saq b’lura bi żball, u b’riżultat ta’ dan waqa’ żewġ sulari l’isfel.

Skont l-ewwel rapporti tal-Pulizija, jidher li s-sewwieq huwa raġel ta’ 28 sena mill-Belġju u kien qed isuq vettura tat-tip Peugeot 2008.

Fil-post issejħu Pulizija u tim mediku b’Ambulanza, li taw l-ewwel għajnuna fil-post.  L-ewwel indikazzjonijiet juru li r-raġel ma’ ġarrab l-ebda ġrieħi.

Aktar dettalji għadhom qed jaslulna …