Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, f’Bormla, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ttajjar minn karozza.
NET News ġie infurmat li s-Segretarju Parlamentari kien qiegħed jaqsam it-triq fuq żebra crossing, meta ttajjar minn vettura li kienet qed tinstaq minn mara li għandha 43 sena, residenti Birkirkara.
L-inċident seħħ fi Triq Santa Tereża, fejn Chris Agius ittajjar minn vettura Kia Picanto. Mal-ewwel fuq il-post marret ambulanza fejn ħadet lis-Segretarju Parlamentari l-istpar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, ġie kkomunikat li Chris Agius qed isofri minn ksur f’siequ u ngħata l-kura Mater Dei.
//= $special ?>