B’rebħa tajba ta’ 3-0 fuq il-Paragwaj, il-Brażil ikkwalifikaw għt-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja.
Coutinho fetaħ l-iskor fl-34 minuta, b’Neymar jirdoppja fit-tieni taqsima, biex Marcelo żied l-iskor lejn it-tmiem.
Din l-għaxar rebħa tal-Brażil tpoġġihom disa’ punti vantaġġ fil-klassifika tal-Amerika ta’ Isfel.Bir-rebħa li kisbu huma kontra l-Paragwaj u r-rebħa li kisbu l-Peru kontra l-Urugwaj, il-Brażil huma matematikament ċerti li sena oħra se jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja. L-Arġentina, ir-rivali kbar tagħhom, issa jafu żgur li ma jistgħux jgħaddu għat-Tazza tad-Dinja b’mod awtomatiku imma jekk jagħmlu dan, jgħaddu bil-play-offs.
Coutinho fetaħ l-iskor f’azzjoni tajba li fiha ħabbat il-ballun ma’ Neymar u skorja minn madwar 20 metru. Neymar seta’ rdoppja fil-51 minuta meta twaqqa’ minn Rodrigo Rojas fil-kaxxa, iżda t-tentattiv tiegħu ġie salvat minn Silva.
Iżda Neymar xorta niżżel ismu fost l-iskorers fl-64 minuta, meta qabad ballun minn nofs il-grawnd, avvanza qabeż żewġ difensuri fil-kaxxa, u b’xutt li kien imxellef, għeleb lil Silva.
Marcelo skorja t-tielet gowl ħames minuti mit-tmiem meta rċieva ballun fil-kaxxa u qabbeż fuq Silva.
//= $special ?>