Lokali Mużika

Il-festival Tomorrowland f’Malta

Fis-sajf li ġej, Malta se tkun wieħed mill-pajjiżi li se tipparteċipa f’Tomorrowland flimkien ma’ seba’ pajjiżi ohra. Il-kuncert ta’ fama mondjali fil-Belġju ha l-inizjattiva li jorganizza l-kollaborazzjoni internazzjonali flimkien mal-Korea t’Isfel, Ġermanja, Taiwan, Lebanon, Dubai, Spanja, l-Iżrael u Malta – b’line up ta’ DJ’s magħrufa madwar id-dinja kollha.

L-attivita’ ta’ Tomorrowland se ssir fid-29 ta’ Lulju fil-Marsa Sports Grounds bi 3 DJ’s popolari. Din il-kollaborazzjoni se toffri lill-Maltin iċ-ċans li jgawdu spettaklu mill-isbaħ b’mużika mill-aqwa.

Il-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi kollha se tkun bit-tema ta’ UNITE Tomorrowland Malta – bis-sinjifkat li jitgawda l-istess livell ta’ spettaklu mal-erba’ kantunieri tad-dinja.