Lokali Parlament

Il-Gvern ma żammx kelmtu mal-Għawdxin

– Fredrick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi sostna li minkejja l-wegħdi li għamle qabel l-aħħar elezzjoni, il-Gvern Laburista ma żammx keltmu mal-Għawdxin.

Meta kien qed jitkellem fl-Aġġornament tal-Parlament Fredrick Azzopardi qal li l-poplu ivvota għall-wegħdi Laburisti fosthom it-trasparenza u l-meritokrazija iżda fil-pajjiż llum qed tirrenja d-diżugwaljanza. Il-PL rebaħ billi żera t-tama li l-pajjiż se jmur aħjar, inkluż Għawdex.

Issa l-poplu nduna li l-pajjiż issa sejjer lura fejn f’Għawdex il-gvern ma żammx kelmtu. Il-PL wiegħed casino, terimnal tal-cruise liners, park għall-familji, qorti ġdid, air-strip, fast ferry service u fibre optic ġdid iżda minnhom ma asr xejn.

Il-PL wiegħed ukoll li jinħoloq iktar xogħol f’Għawdex stess biex Għawdex isir mutur ekonomiku. Hu qal li l-ġid qed jitqassam biss fost l-erba’ viċin il-gvern u tal-qalba u mhux igawdi minnu kulħadd. Hemm kuoll il-problema tal-għoli tal-ħajja fejn il-prezz tal-fuel f’Malta baqa’ għoli minkejja li roħos internazzjonalment.

L-Oppożizzjoni qed toħroġ dokumenti b’analiżi studjata li juru l-viżjoni ċara tal-PN. Fost il-proposti hemm dawk dwar Għawdex, li tikkonferm kemm il-PN għandu għal qalbu lil Għawdex.
Il-konnessjoni bejn Malta u Għawdex għandha tkun bejn diversi postijiet f’Malta u Għawdex b’sistema integrata ma’ railway jew tramm.

Hu qal li l-pajjiż għandu bżonn tmexxija ta’ serenità bla skandli ta’ korruzzjoni. Ċerti politiċi llum qed jiddefendu lill-kriminali kif ġara fil-każ fejn inbidlet stqarrija wara laqgħa fil-Ministeru għal Għawdex.