Kungress EPP Malta Lokali

“Il-populiżmu ma joffrix soluzzjonijiet” – Il-Kap tal-PN Simon Busuttil

Il-Kap tal-PN jindirizza konferenza tal-aħbarijiet
Il-Kap tal-PN Simon Busuttil waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza flimkien mal-President tal-PPE Joseph Daul u s-Segretarju Ġenerali tal-PPE Lopez Isturiz

Madwar diversi pajjiżi Ewropej qed jiddomina l-populiżmu li sfortunatament ma joffrix soluzzjonijiet għall-problemi li jaffaċċja l-poplu Ewropew, bħal ma ġara fil-każ ta’ Brexit. Dan sostnih il-Kap tal-PN Simon Busuttil waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza flimkien mal-President tal-PPE Joseph Daul u s-Segretarju Ġenerali tal-PPE Lopez Isturiz. Simon Busuttil qal jekk inħallu l-populiżmu jieħu kontroll tal-UE nitilfu dak kollu li sar tul is-snin fosthom il-politika Ewropea li tħaddan il-liberta’ u fuq kollox id-demokrazija b’mod sħiħ. Qal dan mingħajr m’elimna l-fatt li UE trid tisma’ aktar mix-xewqat tal-poplu Ewropew. Tkellem wkoll dwar is-sapport tal-PPE lill-PN u tenna l-impenn tiegħu li pajjiżna jkollu mill-ġdid Gvern li ġej mill-familja tal-PPE.

Minn naħa tiegħu Joseph Daul semma kif għada l-Ħamis se jsir Summit biex b’mod partikolari jindirizza l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Daul sostna li tul il-proċess ta’ Brexit li mistenni jdum mhux aktar minn sentejn il-PPE se jassigura li ċ-ċittadini Ewropej li jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit, madwar 3 miljun, inkluż Maltin. Qal wkoll li l-PPE se jkun qed jassigura wkoll li r-Renju Unit iħallas dak kollu dovut la darba jħalli lill-UE.