Kien privileġġ li jien sa minn età żagħżugħa kont membru tal-EPP Young Member EP Network u għalhekk kbirt mal-Partit Popolari Ewropew li hu l-Partit li għandu viżjoni u l-leadership għall-Ewropa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan meta tkellem fl-EPP Young Members EP Network li sar bħala parti mill-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew li qed isir f’Malta. Għal din l-attività attendew diversi MEPs u MPs żgħażagħ u uffiċjali tal-EPP Young Member EP Network.
Hu spjega li hu privileġġ għall-Partit Nazzjonalista li qed jilqa’ l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew fi żmien kruċjali kemm għal Malta kif ukoll għall-Unjoni Ewropea.
Simon Busuttil fakkar li 60 sena ilu l-mexxejja tal-PPE ukoll kellhom viżjoni u sens ta’ leadership li wasslu biex kien iffirmat it-Trattat ta’ Ruma u kienet iffurmata l-Unjoni Ewropea li kellha sfidi quddiemha. Illum 60 sena wara, l-UE għandha sfidi differenti uli wkoll jeħtieġiu viżjoni u sens ta’ leadership.
Il-Kap tal-PN qal li hu dejjem jemmen f’Ewropa magħquda u ż-żgħażagħ membri tal-PPE jridu jassiguraw u jaħdmu b’viżjoni u b’sens ta’ leadership għal Ewropa aktar magħquda.
L-Uffiċjali tal-EPP Young Member EP Network faħħru u qalu li jappoġġjaw l-enerġija li għandu Simon Busuttil biex jibda jmexxi gvern Malti li tant jixraqlu.
//= $special ?>