– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassalo sostna li l-għalliema qed jiffaċċjaw problmei gravi fl-iskejjel tal-gvern minħabba attitudni negattiva minn diversi studenti kif ukoll minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Fl-Aġġornament tal-parlament Edwin Vassallo qal li hemm nuqqas ta’ abilità biex l-għalliema jżommu d-dixxiplina fil-klassijiet. Saret diffiċli biex l-għalliema jkollhom kontroll taż-żgħażagħ, speċjalment ‘l fuq mill-Form 1 fl-iskejjel tal-gvern.
Dan qed iħalli effetti negattivi fl-iskejjel fosthom bil-co-ed. L-għalliema ma jistgħu jgħidu xejn kontra dak li jemmen id-Dipartimentt tal-Edukazzjoni. Hemm każi ta’ studenti li jkellmu ħażin lill-għalliema, li ma jistgħu jagħmlu xjen. Fl-iskejjel l-għalliema ma jistgħux jitkellmu.
Edwin Vassallo qal li l-għalliema li jippreparaw għall-lezzjonijiet qed ikunu żufjettati minn sħabhom l-għalliema stess. Din turi l-problemi serji li hawn fis-soċjetà fejn l-għalliema qed ikunu abbużati mill-istudenti u mis-superjuri tad-dipartiment.
Illum l-għalliema qed jitilqu minn xogħlhom minħabba din is-sitwazzjoni, li fiha anki s-siġġijiet qed jintefgħu fil-kalssijiet bl-għalliema diżullużi iżda ma jistgħu jagħmlu xejn. Hu qal li ħadd mid-dipartiment ma jrid jitkellem mal-għalliema u jsir jaf is-sitwazzjoni, sostna Edwin Vassallo.
//= $special ?>