Kungress EPP Malta Lokali

‘L-UE għandha jkollha l-istess tħassib tal-poplu Malti u Għawdxi’ – Roberta Metsola

Jekk ma nsaħux il-fruntieri esterni tagħna, allura nkunu qed nikkompromettu wkoll il-ftehim taż-żona Schengen anke jekk għandna nżommu f’moħħna wkoll is-solidarjetà lejn dawk li fl-aħħar mill-aħħar huma umani.

Qalet dan il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola, li waqt li kienet qed tindirizza sessjoni ta’ diskussjoni li fost l-oħrajn kienet tinvolvi wkoll l-immigrazzjoni.

Fakkret kif waħda mill-ewwel sfidi li kellu pajjiżna kienet dik tal-immigrazzjoni, b’eluf ta’ persuni jaqsmu mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa, b’mod speċjali Malta.

Qalet li fid-dawl ta’ wasliet bla waqfien fil-perjodu tad-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, il-Partit Nazzjonalista kellu biċċa xogħol iebsa biex ifihem lill-poplu Malti u Għawdxi li anke l-Unjoni Ewropea għandha l-istess tħassib.