L-ex Kap tal-PN Lawrence Gonzi illejla ngħata r-rikonoxximent ta’ Schuman Medal, minn Manfred Weber. Il-midalja Schuman tirrapreżenta l-ġid li wasslu politiċi permezz tal-viżjoni Ewropea tagħhom.
F’diskors li għamel Lawrence Gonzi qal li dan hu zmien kruċjali mhux biss għall-PPE , għall-UE u għall-PN imma għal pajjiżna biex jerġa jkollu gvern li jħaddan politika onesta.
B’ton ta’ sodisfazzjon Gonzi irringrazzja lil;-ex Kap tal-PN Eddie Fenech Adami li kien bis saħħa u l-viżjoni tiegħu li l-gżejjer Maltin saru parti mill-UE. Fakkar li minkejja ċ-ċokon tagħna bħala poplu rnexxiela negħlbu kriżijet kbar bħall-kriżi ekonomika u l-kriżi tal-Libja fost oħrajn.
Iżda fuq kollox qal li jħossu kburi li hu parti mill-familja tal-PPE.
Lawrence Gonzi li kien akkumpanjat minn martu Kate kien deskritt minn Weber bħala politiku li dejjem iġġieled għar-riformi Ewropej b’mod partikolari dawk Ewropej fosthom li Malta saret parti miz-zona ewro.
Weber fakkar li l-Gvern Malti tal-lum il-ġurnata kien kontra d-dħul ta’ Malta fl-UE u allura kontra li Malta jkollha l-munita ewro biex tkun parti mis-sistema finanzjarja u ekonomika ewropea.
Preżenti għas-serata l-Kap tal-PN Simon Busuttil u l-Viċi Kapijiet tal-Partit Mario De Marco u Beppe Fenech Adami, s-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake u diversi uffiċjali tal-PN.
Minn naħa tiegħu Simon Busuttil qal li bħala gżira żgħira fil-periferija tal-kontinent Ewropew ħadna d-deċiżjoni li nieħdu lil pajjiżna fil-qalba ta’ dak li jagħmilna Ewropej.
//= $special ?>