Dan l-aħħar saret it-tieni kompetizzjoni tal-weightlifting għal din is-sena fejn matluha ġew imwaqqfa 13-il rekord nazzjonali.
Ritorn importanti kien dak ta’ Kyle Micallef li kien qed jirkupra minn injury.
Minkejja li Micallef issa laħaq l-età ta’30 qed ikompli jkollu wirjiet mill-aqwa.Huwa refa’ t-total ta ‘279 kilo (327punt) b`hekk kiser ir-rekord li kien ilu 13-il sena.
Filwaqt li fl-isnatch refa’ 124kg u kiser ir-rekord tiegħu stess mill-aħħar sena. Micallef kien segwit minn Matthew Camilleri b’total ta 237 kilo (287 punt) u Vlad Baldacchino b’total ta ‘240 kilo (273punt).
Riżultati oħra impressjonanti mill-irġiel li ġabu aktar minn 250 punt inkisbu Anton Micallef li refa’ total ta’ 222 kilo (257punt), Michael Fava li refa’ total ‘ 199 kilo (254punt), Vitaly Moltkoff li refa’ total ta’ 210 kilo (253punt) u Andy Grech li refa’ total ta’ 199 kilo (251punt)
Fil-kategorija tan-nisa , il-kompetizzjoni kienet maqsuma f’żewġ gruppi minħabba n-numru kbir ta’ parteċipanti. L-aħjar riżultat tal-kompetizzjoni ġew minn Elisia Scicluna, minkejja li ma kienetx fil-aħjar forma tagħha fil-jum. Hi refgħet t-total ta ‘151 kilobiex ġabet 178punt.
Wiċċ ġdid fil-weightlifting kien dak ta’ Christina Grima li refgħet t-total ta ‘134 kilo (169punt) biex spiċċat fit-tieni post u kienet segwita minna Kristen Borg bil-total ta ‘110 kilo (165punt).
L-aktar tifel li spikka kien Rylee Borg bit-total ta ‘133 punt u kien segwit minn Kyle Camilleri b’125 punt filwaqt li Nikolai Muscat kiseb total ta’ 74 punt u Luca Zammit 64 punt rispettivament.
Fil-kategorija taż-żgħażagħ tan-nisa l-aħjar riżultati tal-ġurnata kienu ta’ Shazel Gusman u Shelby Vassallo. Gusman refgħet it-total ta ‘123 kilo u ġabet 150 punt kif ukoll kisret żewġ rekords nazzjonali.
Vassallo refgħet it- total ta ‘111kg u ġabet 132 punt u kisret seba’ rekords nazzjonali fid-diviżjoni taż-żgħażagħ.
Fil-kategorija tan-nisa ta’ anqas min 20 sena l-aħjar riżultati inkisbu minn Rebecca Fitz li refgħet total ta ‘116 kilo u ġabet 153 punt. Grazzi għal dan kisret żewġ rekords nazzjonali.
//= $special ?>