L-għaqda ambjentali ‘Flimkien ghal Ambjent Ahjar’ ikkundannat it-tneħħija ta’ partijiet mill-ġebel tal-barumbara storika li hemm fiċ-ċentru tal-Imġarr minn persuni mhux magħrufa. Din l-illegalità wasslet biex il-ħajt ta’ wara ta’ din l-istruttura waqa’.
‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ irrelataw dan it-twaqqigħ tal-barumbara ma’ applikazzjoni pendenti għal-iżvilupp li fiha qed ikun mitlub li din il-barumbara titwaqqa’ biex minflok jinbnew 33 appartament fuq ħames sulari.
L-applikant qed isostni li l-bini jinsab fi stat dilapidat u għalhekk l-approvazazzjoni biex din il-barumbara titwaqqa’ totalment u minflok jinbnew l-appartamenti jkun tista’ tinksieb faċilment. Minkejja snin ta’ abbandun, il-barumbara kienet mhux mittiefsa u kellha biss restawr. Din l-istruttura tifforma parti mill-valur storiku tal-Imġarr.
L-għaqda ambjentali appellat lill-awtoritajiet biex iwaqqfu dan il-vandaliżmu fuq il-wirt storiku u jipproteġu din il-ġawhra storika qabel tkun fi stat li ma tistax tissalva.
//= $special ?>