Il-ħidma tad-delegati tal-Partit Popolari Ewropew ma tikkonċernax biss laqgħat bejn l-Membri Parlamentari waqt il-Kungress f’Malta – iżda d-delegati qegħdin ukoll jiltaqgħu ma’ kumpaniji u organizazzjonijiet li ssaħħu u nbnew grazzi għall-Unjoni Ewropea.
Il-Kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista David Casa żar is-sede tal-Lufthansa Technik f’Ħal Luqa – fejn flimkien miegħu marru diversi Membri Parlamentari Ewropej minn Franza u l-Ġermanja. Flimkien magħhom fuq din iż-żjara marru d-Deputati Nazzjonalisti Tonio Fenech, Jason Azzopardi, u Antoine Borg; il-kandidat Jason Zammit u l-President tal-fergħa SĦPN Ivan Castillo.
F’din iż-żjara, d-delegazzjoni ltaqat mac-CEO tal-Lufthansa Techink Marcus Motschenbacher f’Malta fejn dan spjega li bħalissa l-kumpanija twaqqfet fl-2003 u ħames snin wara, fl-2008, sar investiment kbir mill-kumpanija Ġermaniża. Illum dan l-operat f’Malta iħaddem mas-600 ħaddiem. Ic-CEO tal-kumpanija stabbilita’ dawwar lid-delegazzjoni tal-PPE mal-kumpless kollu, fejn wara laqgħa informattiva fl-uffiċini tal-Lufthans Technik, tkompliet iż-żjara fil-hangers tal-ajruplani. Fil-hangers, l-MEPs setgħu jaraw lill-ħaddiema jaħdmu fuq l-istrutturi u l-magni tal-ajruplani, u anke jaraw x-xogħol kollu li sar matul is-snin inkluż l-espansjoni tal-hangers. Marcus Motschenbacher spjega li f’Malta, Lufthansa Techink topera f’diversi servizzi; fosthom manteniment u rinnovar tal-ajurplani, installazzjoni tal-magni u anke żebgħa għall-ajruplani. Ic-CEO Ġermaniż stqarr li dawn is-servizzi ma jiġux offruti biss lill-ajruplani tal-marka Lufthansa, imma anke linji oħra tal-ajru fosthom l-Air Malta.
David Casa stqarr li dan jawgura tajjeb kemm għall-ekonomija ta’ Malta, pero wkoll għar-riżultati li kiseb il-Partit Nazzjonalista – għaliex bil-viżjoni ta’ dak iż-żmien illum pajjiżna qiegħed igawdi. Kompla billi rrimarka li kien grazzi għall-ekonomija b’saħħitha ta’ żmien Lawrence Gonzi, u grazzi għall-viżjoni ta’ Eddie Fenech Adami meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, li llum l-ħaddiema Maltin qegħdin igawdu dan il-frott.
//= $special ?>