Kungress EPP Malta Lokali

FILMAT: “Unjoni Ewropea b’futur fis-sod flimkien” – David Casa

Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa jindirizza l-Kungress tal-PPE f'Malta

“Huwa ta unur kbir għalija li nilqagħkom f’Malta. Dan speċjalment minħabba l-fatt li qegħdin niċċelebraw is-sittin sena mit-twaqqif tal-Unjoni Ewropea” Dan qalu l-Kap tad delegazzjoni tal PN fil- Parlament Ewropew, David Casa.

Hu semma kif l Erbgħa r-Renju Unit ifformaliza id-deċizjoni li jħalli din l-Unjoni u għalhekk huwa mument opportun sabiex ikun assigurat il-futur tal- Unjoni Ewropea. Semma’ kif taħt it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Malta saret u ser tibqa tkun wieħed mill-pajjiżi li huma favur l-Unjoni Ewropea. Iżda fakkar li dan ma kienx dejjem il każ.

“Tul il-kampanja referendarja  tal-2003, il-Partit Nazzjonalista għamel min kollox biex jikkonvinċi lill-votanti Maltin dwar l-importanza tal-Unjoni Ewropea, u fuq kif is-sħubija kienet ser tħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja kwotidjana tagħna l-Maltin”

Irnexxielna, sostna David Casa u riżultat ta’ dan Malta ħadet postha bħala membru tal-Unjoni Ewropea kif xieraq.

“Iżda minħabba din l-esperjenza , nifhmu kemm huwa importanti li inressqu l-Unjoni Ewropea kemm jista jkun viċin lejn iċ-ċittadini. Hawn irridu naħdmu sabiex inkunu il-ħolqa bejn dawn l-istess ċittadini u l-Unjoni Ewropea. Għaliex meta din il-ħolqa tkun b’saħħitha iċ-ċittadini jifhmu u japprezzw aktar l-Unjoni Ewropea. U jkun hawn li l-Unjoni Ewropea tkun l-aktar b’saħħitha”

Għal din ir-raġuni, sostna Casa, irridu nżommu mal-valuri Ewropej. Il-valuri tad-demokrazija, bil-poplu jsemma l-vuċi tiegħu fuq kif nistgħu mmexxu lil din l-Unjoni aktar ‘il quddiem. Il-valuri tas-solidarjeta, b’Unjoni Ewropea li tgħin lil dawk li huma żvantaġġjati. Il-valuri tal-ġustizzja u sigurtà, b’governanza trasparenti u miżuri biex jiġi miġġieled it-terroriżmu, saħaq Casa, filwaqt li għamel enfasi li rridu wkoll Unjoni Ewropea li turi b’mod tanġibbli li ser tappoġġja l-istat tad-dritt, għall-liberta tal-espressjoni, internet u liberta tal-media.

Hu qal li politiċi li jitkellmu kontra l-Unjoni Ewropea ħafna drabi jgħidu li huma patrijotti, izda f’Malta nifhmu li il-futur ta’pajjiżna huwa marbut ma dak tal-Ewropa. “Inhares quddiemi u nara persuni bhal Dr Eddie Feneċh Adami u Dr. Lawrenċe Gonzi u nies ohrajn bhall-Professur Guido de Marċo li m’għadux magħna, li lejhom il-poplu Malti għandu jkun grat talli kienu l-vuċi tar-raġuni meta politiċi oħra kienu qed ibeżżgħu lill-Maltin mill-Ewropa. Għax inħobb lill-pajjiżi niġġieled għall-Unjoni Ewropea. Għax irrid futur aħjar għal Malta irrid futur aħjar għall-Ewropa”

Il Kap tad delegazzjoni tal PN fil-Parlament Ewropew temm jgħid li l-isfidi li qed niffaċċjaw għandhom bżonn diskussjonijiet u soluzzjonijiet li jmorru ferm lil hemm minn dak kollu li rajna qabel. Għalhekk sostna li l-PPE jinkorpora dawn il-valuri iktar min kull partit Ewropew ieħor.  “Aħna biss nistgħu immexxu lill-pajjiżi tagħna f’dan iż-żmien ta’ sfidi. Hekk biss jista’ jiġi ggarantit li inżommu valuri li huma sinonimi mal-Unjoni Ewropea filwaqt li insaħħu lill-Unjoni Ewropea.”

David Casa temm jgħid li jispera li nkunu nistgħu nilħqu l-għan tagħna għall- Unjoni Ewropea b’futur fis-sod flimkien.

Segwi d-diskors tal-Membru Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Casa waqt il-ftuħ tat-tieni ġurnata tal-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Malta.