Waqt il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), iċ-Chairperson tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew Manfred Weber kixef pjan sigriet li qed ifassal il-Partit Popolari Ewropew.
“Ladarba Simon Busuttil jirbaħ l-elezzjoni ġenerali, kif għandi fiduċja li se jagħmel, se jingħaqad mal-Prim Ministru tal-Kroazja fil-Kunsill tal-Ewropew u b’hekk ikunu jistgħu jiffurmaw ‘working group’ ta’ eks-MEPs fil-Kunsill tal-Ewropa li ġejjin mill-PPE” qal Manfred Weber b’ton leġġer.
L-Unjoni Ewropea tinqasam fi tliet istituzzjonijiet: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew huwa elett direttament miċ-ċittadini tal-Ewropa, filwaqt li l-Kunsill Ewropew huwa ffurmat mill-Prim Ministri tal-pajjiżi membri.
Il-Prim Ministru tal-Kroazja, elett ftit ilu, kien l-ewwel eks-MEP ġej mill-PPE. Dan ifisser li meta Simon Busuttil ikun Prim Ministru, ikun it-tieni Prim Ministru fil-Kunsill Ewropew ġej li fil-passat kien MEP f’isem il-PPE. B’żewġ eks-MEPs bħala Prim Ministri f’isem il-PPE, ikun biżżejjed biex jinħoloq working group ta’ eks-MEPs tal-PPE li jkunu laħqu Prim Ministru u li jkunu saru parti mill-Kunsill Ewropew.
“Dan hu l-pjan sigriet tagħna” qal Manfred Weber, b’ton leġġer, għaċ-ċaċip tad-delegati tal-PPE waqt il-Kungress.
//= $special ?>