Birkirkara rebħu l-kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni għas-sitt darba fl-istorja tagħhom wara li rebħu 7-0 kontra Kirkup United sabiex b’hekk issa ma’ jistgħux jintleħqu mit-tim ta’ Hibernians li jinsab fit-tieni post għax hemm distakk ta’ 12 -il punt fil-klassifika meta fadal biss tliet logħbiet għal tmiem l-istaġun.
Immexxija mill-kowċ Shawn Meilak, l-Karkariżi fetħu vantaġġ komdu kontra Kirkop fejn sa tmiem l-ewwel taqsima kienu 3-0 minn uq b’gowls ta’ Kelly Agius Pace, Alishia Sultana u Stephania Farrugia.
Tracy Teuma għamlet l-iskor 4-0 fit-63 minuta u Stefania Farrugia skorjat gowl ieħor għal 5-0.
Kelly Agius Pace skurjat dopjetta seba’ minuti mit-tmiem għal 6-0 u eżatt qabel it-tmiem Sarah Urpani li daħlet bħala sostitut skorjat is-seba’ gowl għall-istripes.
B’dan is-suċċess Birkirkara temmew id-dominju ta’ Hibs li rebħu l-aħħar tliet kampjonati konsekuttivi.
//= $special ?>