Lokali

Għadu fil-periklu tal-mewt; iż-żagħżugħ li sofra daqqiet ta’ sikkina

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji
Iż-żagħżugħ li lbieraħ sofra daqqa’ t’arma li taqta’ u bil-ponta għadu jiġġieled għall-ħajtu

Iż-żagħżugħ li lbieraħ sofra daqqa’ t’arma li taqta’ u bil-ponta waqt argument f’Birkirkara – għadu jinsab l-Isptar għall-kura intensiva jiġġieled għall-ħajtu.

Roderick Grech ta’ 26 sena, iż-żagħżugħ li qala’ diversi daqqiet ta’ sikkina għall-ħabta tas-siegħa u għaxra ta’ filgħodu fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.

Il-vittma tal-aggressjoni instab mill-RIU mal-art f’għadira demm u mitluf minn sensieh.

Sorsi viċin NET News stqarru li l-investigaturi qegħdin jinvestgaw il-każ abbażi ta’ negozjati llegati ta’ droga. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Żagħżugħ ta’ 26 sena jaqla’ daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta