Sport Sport Ieħor

Il-Ġimgħa ssir ir-Regatta

L-edizzjoni tas-sena li għaddiet intrebħet minn Bormla

Għal darb’oħra l-ambjent tal-Port il-Kbir l-Ġimgħa nofsinhar ikun qed joffri x-xenarju għal edizzjoni oħra tar-Regatta tal-31 ta’ Marzu.

Bħas-soltu r-Regatta se ssir fuq 10 tiġrijiet, b’ħames tiġrijiet fil-kategorija Open u ħamsa oħra fil-kategorija B. Se tkun mistennija kompetizzjoni ħarxa fit-tiġrijiet li huma, dawk tal-frejgatini, tal-kajjikki, dgħajjes tal-midalji, u dgħajjes tal-pass, ta’ bi tnejn u ta’ b’erbgħa.

L-edizzjoni tas-sena li għaddiet intrebħet minn Bormla li għelbu l-isfida tal-Marsa u Birzebbugia rebħu Kategorija B. Għall-Edizzjoni ta’ din is-sena Adrian Casha inħatar bħala chief judge tal-kompertizzjoni.