Il-Gvern qed jgħid li rnexxielu jegħleb d-deficit u pajjiżna reġa’ għandu surplus. Kompla billi qal li l-Gvern qed inaqqas il-piż ta’ spejjeż fuq il-Gvern billi tul iż-żminijiet naqsu l-impjiegi mas-settur pubbliku.
Edward Scicluna qal li r-roadmap li Gvern mexa fuqhom kien jiffoka fuq tliet pilastri: l-enerġija, l-investiment u l-qtugħ tat-taxxi. Il-Gvern stqarr li skont l-aħħar statistika, l-persuni f’riskju ta’ faqar naqas ukoll.
Ta’ min jinnota li n-nefqa tal-Gvern żdiedet b’200 miljun fis-sena 2016.
L-istess konferenza ġiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech, fejn dan qal li l-Gvern issa se jimmira li jindirizza żewġ setturi – dik li jikkontrollaw l-inflazzjoni u li jżidu l-pagi baxxi li hawn f’pajjiżna.
Tkellem ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat fejn iddeskriva dak li ghamel il-Gvern bħala miraklu ekonomiku. Joseph Muscat qal li l-pass li jmiss hu li jsir investiment fi proġetti infrastruturali, bħal toroq, investiment fit-trasport pubbliku, l-mina bejn Malta u Għawdex.
//= $special ?>