Kungress EPP Malta Lokali

Il-Prim Ministru ta’ Spanja joħroġ jagħmel l-eżerċizzju f’Ta’ Xbiex

Mariano Rajoy joħroġ jimxi max-xatt f'temp mill-isbaħ

Il-Prim Ministru ta’ Spanja Mariano Rajoy joħroġ jagħmel l-eżerċizzju max-xatt ta’ Ta’ Xbiex kmieni filgħodu qabel l-impenji tiegħu f’pajjiżna.

Mariano Rajoy bħalissa jinsab f’pajjiżna sabiex jieħu sehem fil-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew, familja politika Ewropea li minnha jifforma parti l-Partit Nazzjonalista. Mariano Rajoy rebaħ l-aħħar elezzjoni fi Spanja b’maġġoranza b’saħħitha.

Il-Prim Ministru Spanjol tella’ dan ir-ritratt fuq Twitter ilbieraħ, fejn qal: “Mixja sabiħa biex tibda l-ġurnata. Illum jiftaħ il-Kungress”.