Saħħa

Imfakkar il-Jum Dinji tal-Bipolar

L-għaqda ‘Be Positive Bipolar Self-Help Malta’ fakkret il-World Bipolar Day fil-Belt b’attività li inkludiet informazzjoni dwar din il-kundizzjoni waqt li membri voluntiera ta’ din l-għaqda ltaqghu mal-pubbliku. Għal din l-attività attendiet il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Il-jum li jfakkar kull sena il-World Bipolar Day hu it-30 ta’ Marzu li hu l-ġurnata tat-twelid ta famuz pittur,Vincent Van Goh, li jgħidu kien ibati bil-bipolar. L-għaqda ‘Be positive’ qalet li dan il jum ifakkarna f’dawk li għandhom din il-kundizzjoni tal-bipolar jistgħu jirnexxu u li huma mhux waħedhom. Hi ġurnata li ttina cans li nitgħallmu fuq din il-kundizzjoni u l-importanza li niġġieldu l-istigma li tmur mal problemi kollha mentali, u mhux inqas, mal-bipolar.

Il-kundizzjoni tal-Bipolar kienet magħrufa qabel bħal dipressjoni manijaka; hi marda li teffettwa l-moħ billi ġġib burdati għoljijn jew baxxi ħafna u ġġib ukoll tibdil fl-irqad, fl-enerġija, fil-mod kif taħseb u ġġib ruħek. Dawn in-nies li jsofru mil-bipolar jħossuhom f’ħin minnhom kuntenti ħafna u mimlijin enerġija u f’ħin ieħor bi dwejjaq kbar u ma jiswew xejn. Wara ftit jerġgħu jħossuhom normali. Dan dak li jfisser bipolar.

Din in-sena, il- focus tal-‘Be Positive, Bipolar Self-Help Malta’ hu li jintwera lill- pubbliku li nies li għandhom din il-kundizzjoni jistgħu jgħelbuha u jkunu kapaċi li jgħixu ħajja ta’ suċċess minkejja li jkunu jafu li għandhom din il-kundizzjoni.

Dawk li għandhom il-bipolar disorder jistgħu jagħmlu suċċess fil-ħajja u jistgħu jagħmlu affarijiet kbar anki jekk jafu li għandhom din il-bipolar disorder.