Lokali

Impjegat jammetti frodi minn kumpanija tal-betting

Il-Qrati tal-Ġustizzja - Arkivji

Ħaddiem ta’ kumpanija tal-betting ammetta li ffroda s-sid tal-kumpanija €153,000 permess ta’ commission minn traffiku ġenerat artfiċjalment fuq il-website tal-kumpanija stess kien kundannat għal sitt snin u immultat ta’ €15,000.

Christian Alexander Van Dalen, Olandiż ta’ 42 residenti Malta, kien jaħdem bħala field manager għal Betsson Service Group. Fil-proċess li hu kien joħloq il-websites tal-gaming, l-akkużat kien jirċievi commission li tvarja bejn 25 u 50 fil-mija mill-bets tal-klijenti.

Preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, il-qorti semgħet li l-impjegat kien joħloq kontijiet fittizji minn informazzjoni tal-klijenti. Van Dalen kien qed jgħatti dak li kien qed jaħbi l-flus li kien qed jagħmel permezz bank lokali f’isem martu li hi Filippina.

Fondi oħra kenu depożitati fil-kont tal-akkużat li f’forma ta’ electronic wallett. Fil-perjodu tal-każ fl-2015 kien skopert li Van Dalen kien anki xtara diversi propjetajiet fil-Filippini.

Il-qorti ordnat il-konfiska tal-flus u l-propjetà tal-akkużat u rrakkomandat li l-BMW tal-akkużat għandha tingħadda lill-pulizija biex tintuża mit-Taqsima ta’ Kontra l-Frodi. Van Dalen kien ordnat ukoll li jħallas danni lil Betsson Service Ltd fl-ammont ta’ €3,318.