Il-ħidma f’Malta waqt il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew ma tikkonċernax biss fuq laqgħat bejn d-delegati. Ilbieraħ, il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola ltaqgħat mal-European Asylum Support Office (EASO) fil-Marsa. Roberta Metsola kienet akkumpanjata minn delegazzjoni ta’ Ewroparlamentari eletti f’isem il-Partit Popolari Ewropew.
L-EASO taħdem ma’ u tassisti lill-istati membri dwar l-asil – realta’ li Malta u l-kumplament tal-Unjoni Ewropea qegħda taffaċja. Is-sena li għaddiet il-Kummissjoni Ewropea nhediet pakkett leġislattiv bi proposti dwar ir-riforma tal-Common European Asylum System – li se tkun is-soluzzjoni istituzzjonali għall-mewġa kbira ta’ immigranti li qegħdin jidħlu fl-Ewropa. Fl-2015 madwar 1.4 miljun aplikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ġiet irreġistrata għand l-Unjoni Ewropea.
Id-direttur tal-EASO Jose Carreira stqarr li din iż-żjara kienet waħda ta’ benefiċċju għall-ħidma tagħhom hekk kif jistgħu jkunu jiddiskutu flimkien il-ħidma tagħhom favur sistema magħquda ta’ asil fl-Unjoni Ewropea. Id-direttur stqarr li l-għajnuna li qegħdin jirċievu mingħand dawn id-delegati hija stumentali fil-ħidma tagħhom fil-Greċja u l-Italja.
Minn naħa tagħha, l-MEP Roberta Metsola stqarret li d-delegati tal-Partit Popolari Ewropew minn dejjem kienu, u jwegħdu li jaħdmu f’dan is-settur tant importanti – u partikolarment saħqet li se jaħdmu favur Ewropa aktar sigura. Roberta Metsola żiedet li hu importanti, u għalhekk għamlu mezz bħala delegati tal-Partit Popolari Ewropew li jużaw il-ħin tagħhom sabiex jisimgħu minn aġenziji bħall-EASO.
//= $special ?>