Lokali

Jinsistu għal appell f’każ ta’ inċident fatali tat-traffiku

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Il-‘Bicycling Advocacy Group’ kitbu lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar il-każ kriminali kontra Eric Zammit fejn l-akkużat tressaq bi qtil involontarju u qed nsistew għal appell fuq dan il-każ minħabba li, skont il-grupp, il-qorti ħadet deċiżjoni fuq dikjarazzjonijiet skorretti u mhux eżatti inkella mhux veritiera li jistgħu jattribixxu ħtija fuq l-akkużat.

Fis-sentenza tagħha dwar dan il-każ, il-qorti ikkundannat lil Bahkret għal sentejn ħabs sospiżi wara li nstab ħati li kkaġuna l-mewt taċ-ċiklist fl-2006.

Il-qorti stabbiliet li x-xufier kien prinċiparjamnet responsabbli għall-inċident minħabba t-traskuraġni tiegħu u n-nuqqas ta’ attenzjoni iżda qalet ukol li meta ċ-ċiklist uża s-service road hu kellu parti mir-responsabbiltà wkoll. Zammit kien kundannat iħallas €3,000 fi spejjeż tal-qorti u E1,000 għal sentenza oħra qabel. Hu kellu l-liċenzja sospiża għal sentejn.

Il-każ seħħ fi Triq l-Avjazzjoni Ċivili fil-Gudja fit-8 ta’ Settembru 2006 fil-5.30 p.m. u li fih inqatel iċ-ċiklist Fadla-Lah Mohammed Ahmed Moh Bahkret. Jirriżulta li ċ-ċiklist ma kinx qed juża dwal iżda l-inċident seħħ meta kien qed jidlam u għalhekk ma kinx totalment mudlam.

Fil-qorti intqal li dakinhar il-viżibilità kienet tajba, iż-żona kienet mixgħula tajjeb u x-xufier tal-vettura ta liċ-ċiklist. Fl-istqarrija Saviour S. Agius, il-President tal-Bicycling Advocacy Group, qal li l-fatt li x-xufier ra liċ-ċiklist, l-element li ċ-ċiklist ma kellux dwal m’għandux ikun kunsidrat bħala wieħed mill-fatturi li kkontribwixxa għall-inċident.

Fl-istqarrija tal-grupp intqal li s-service road li saret riferenza għaliha fis-sentenza mhi xejn ħlief bankina bi track one-way għaċ-ċiklisti fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa li tibda fi Triq Ħal Far. Il-grupp qal li x-xufier kien qed isuq b’veloċità ta’ 68km fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tat-triq kienu imxarrba waqt li x-xufier kien fis-sakra u bla assigurazzjoni.

Dwar il-veloċità tal-vettura il-grupp qal li probbabilment il-karrozza kienet għaddejja b’veloċità ikbar minn dak li intqal għalkemm 68km fis-siegħa xorta hi veloċità eċċessiva u li taqbeż il-limitu. Li kieku x-xuifer ma kisirx ir-regoli kollha ta-sewqan, Bahkret għadu ħaj, sostna l-grupp.