Lokali

Jiżbogħ il-luzzu iswed bi protesta

Luzzu miżbugħ iswed biex iwassal messaġġ

F’Marsaxlokk, sajjied qed jipprotesta billi żebagħ il-luzzu tiegħu iswed – dan bħala demostrazzjoni kontra dak li qed jgħaddi minnu bħalissa minħabba l-kwistjoni tad-diesel.

Is-sajjied ħass li għandu jgħatti l-kuluri tradizzjonali Maltin, u minflok jagħti d-dgħajsa tiegħu l-lewn iswed – kulur ta’ luttu. Apparti minn hekk, is-sajjied waħħal diversi kartelluni biex iwassal id-diżappunt tiegħu, fejn fost l-oħrajn kiteb: “Politika ta’ esklużjoni”, “Waqqfulna d-diesel duty free għax dħalna membri f’NGO”,  u “Discrimination galore”. Messaġġi li huma intiżi li jwasslu l-messaġġ direttament għand il-Gvern Laburista.

Ftit tax-xhur ilu, sajjied ieħor kien protesta bl-istess mod iżba minflok kartelluni bil-messaġġ tiegħu, kien tella’ bandiera tal-Partit Laburista – dan sabiex iwassal l-ilment tiegħu direttament kontra l-Partit Laburista:

Xlukkajr f’luttu!