Kungress EPP Malta Lokali

KUNGRESS PPE: It-tieni jum – x’se jiġri llum?

Stennija għad-diskors finali tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil

Il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) illum jidħol fit-tieni jum tiegħu bis-sessjoni finali tal-penarja, li matulu l-PPE jiddeċiedi l-politika tiegħu dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea fis-sigurta’.

Ilbieraħ saret l-ewwel sessjoni tal-plenarja, li kienet indirizzata minn numru kbir ta’ mexxejja ta’ Gvernijiet ta’ pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll numru ta’ Kapijiet tal-Oppożizzjoni ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni jum tal-Kungress – il-Plenarja

Il-kelliema tal-lum jinkludu dawn:

– L-MEP Malti David Casa jiftaħ it-tieni sessjoni tal-Kungress.

– Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani (il-President tal-istituzzjonijiet kollha huma membri tal-PPE).

– Numru kbir ta’ mexxejja Ewropej fosthom Angela Merkel (Kanċillier Ġermaniż); Mariano Rajoy (Prim Ministru ta’ Spanja); Nicos Anastasiades (President ta’ Ċipru); Klaus Iohannis (President tar-Rumanija); Enda Kenny (Prim Ministru tal-Irlanda), Victor Orban (Prim Ministru tal-Ungerija); Andrej Plenkovic (Prim Ministru tal-Kroazja)

– Numru ta’ Deputati Prim Ministri, fosthom tal-Latvja, tar-Repubblika Ċeka, tal-Awstrija, kif ukoll numru ta’ Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ pajjiżi oħra bħall-Italja, il-Fillanja u l-Estonja.

– Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jagħlaq il-Kungress b’diskors mistenni dwar l-irwol tal-PPE fl-Ewropa u l-futur tal-Unjoni Ewropea fi ġlieda biex jingħelbu l-isfidi li qed tiffaċċja, foshtom il-kriżi tal-korruzzjoni.

Għoti ta’ rikonoxximent

Il-Europol, l-aġenzija Ewropea li tikkordina l-ħidma tal-Pulizija tal-Ewropa, se tingħata rikonoxximent mill-Partit Popolari Ewropew għall-ħidma tagħha.

Laqħat, workshops u diskussjonijiet

– L-MEP Therese Comodini Cachia tindirizza policy debate dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ tiġġieled l-estremiżmu.

– Workshop dwar il-futur tar-relazzjoni bejn l-Ukrajna u r-Russja (ilbieraħ, il-President tal-Ukrajna Petro Poroschenko indirizza l-Kungress tal-PPE fejn spjega l-isfidi ta’ pajjiżu).

– Workshop dwar il-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus u favur il-governanza tajba.

Matul il-ġurnata, il-media ta’ NET News ixxandar b’mod LIVE programm speċjali waqt li jkun għaddej il-Kungress, b’kollegamenti kontinwi dwar dak li jkun għaddej fl-arena tal-Kungress.