Fi stqarrija, MaltaPost qalet li l-inċident tal-filmat li ċċirkola fuq is-siti soċjali u juri żewġ impjegati tagħha f’atti sesswali f’karozza qed ikun trattat minnha bl-ikbar rispett lejn id-drittijiet u kunfidenzjalitá ta’ dawk kollha konċernati.
MaltaPost qalet li dejjem tiżgura li sitwazzjonijiet bħal dawn li jikkonċernaw lill-membri tal-istaff tal-kumpanija, jingħataw l-attenzjoni kollha meħtieġa.
Il-kumpanija qalet li hi nfurmata li l-Pulizija qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha u għalhekk dawn għandhom jitħallew jieħdu l-kors tagħhom.
L-istqarrija ttemm li l-pubbliku jifhem li l-MaltaPost innifisha hija totalment estranja għal dan l-inċident.
//= $special ?>