Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ikompli bis-sensiela ta’ laqgħat.





Illum il-Kap tal-PN se jiltaqa ma’ aktar mexxejja, fosthom il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.


Ilbieraħ il-Kap tal-PN ltaqa’ ma’ diversi mexxejja, fosthom mal-Prim Ministru tal-Irlanda Enda Kenny, man-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea dwar Brexit Michel Barnier, mal-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, t-Tkabbir Ekonomiku, l-Investiment u l-Kompetittitività Jyrki Katainen, mal-Viċi Kanċillier tal-Awstrija Reinhold Mitterlehner, mal-Prim Ministru Kroat Andrej Plenkovic, mal-eks Prim Ministru tal-Maċedonja Nikola Gruevski u mal-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni, l-Intern u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos fost oħrajn.
//= $special ?>RITRATTI: Il-Kap tal-PN Simon Busuttil f’laqgħat mal-Mexxejja Ewropej