Kungress EPP Malta Lokali Unjoni Ewropea

RITRATTI: Simon Busuttil f’laqgħa mal-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk

Simon Busuttil jiltaqa' mal-President tal-Kunsill tal-UE
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiltaqa' mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iltaqa’ mal-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk waqt il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew organizzat f’Malta. Waqt din il-laqgħa, kien dominanti s-suġġett tal-Brexit, hekk kif ilbieraħ ir-Renju Unit attiva’ l-artikolu 50 tat-trattat ta’ Lisbona – attivazzjoni li bdiet il-proċess tal-ewwel membru stat li joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil it-tnejn jirrikonoxxu li hu importanti li l-Ewropa tibqa’ b’saħħitha u tħares b’mod pożittiv lejn il-ġejjieni minkejja ż-żminijiet diffiċli li qegħda fih bħalissa l-UE.