Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej, Karl-Heinz Rummenigge qal li ma jaqbilx maż-żieda fit-timijiet parteċipanti fit-Tazza tad-Dinja tal-2026.
Kien il-President tal-FIFA Gianni Infantino li ippropona din il-bidla u b’hekk issa minn 32 se jibdew jieħdu sehem 48 tim.
F’kummenti li ta Rummenigge qal li din id-deċiżjoni hi inaċċettabbli u jemmen li l-FIFA taf li l-assoċjazzjonijiet membri m’humiex kuntenti bid-deċiżjoni li t-timijiet jiżdiedu għal 48.
Din id-deċiżjoni jidher li urtat mhux ftit lill-klabbs kbar madwar l-Ewropa ghaliex qed jgħidu li din tista’ tfisser li huma jitilfu l-plejers tagħhom aktar regolari minħabba impenji aktar frekwenti mat-timijiet nazzjonali rispettivi.
Rummenigge kompla billi qal li l-ħafna mpenji mhux qed iħallu lil dawn il-plejers jistrieħu biżżejjed minn impenn għall-ieħor.
“Organazzjonijiet bħall-FlIFA jridu jaħsbu aktar fl-element sportiv tal-logħba tal-futbol u mhux politika u finanzi biss,” temm jgħid il-Ġermaniż Karl-Heinz Rummenigge.
//= $special ?>