Lokali Mużika

Eurovision: Claudia Faniello se tkanta fil-ħames pożizzjoni

Ritratt: Claudia Faniello
Claudia Faniello bil-kanzunetta 'Breathlessly' se tkanta fil-ħames pożizzjoni tat-tieni semi finali

Il-kantanta li se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, Claudia Faniello, se tkanta fil-ħames pożizzjoni tat-tieni semi finali.

Illum ġew ippublikati l-listi tal-mod kif se jkantaw il-kanzunetti fil-Eurovision Song Contest, li din is-sena se ssir fi Kjiv fl-Ukrajna. Il-kanzunetta Maltija ‘Breathlessly’ se tikkompeti fit-tieni semi finali li se ssir nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju.

Fl-ewwel semi finali se jikkompetu 18-il pajjiż, filwaqt li flimkien ma’ Malta fit-tieni semi finali se hemm 19-il pajjiż. Minn dawn iż-żewġ gruppi jridu jintagħżlu 10 u wara jgħaddu għas-serata finali nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju, li jikkompetu mal-Big 5 u l-pajjiż organizzatur; l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Ukrajna.

Dawn huma pożizzjonijiet li fihom se jagħmlu l-wirja tagħhom il-parteċipanti:

L-ewwel semi finali:

  1. Svezja
  2. Georgia
  3. Awstralja
  4. Albanija
  5. Belġju
  6. Montenegro
  7. Finlandja
  8. Ażerbajġan
  9. Portugall
  10. Greċja
  11. Polonja
  12. Moldova
  13. Iżlanda
  14. Repubblika Ċeka
  15. Ċipru
  16. Armenja
  17. Slovenja
  18. Latvja

It-tieni semifinali:

  1. Serbja
  2. Awstrija
  3. Russja
  4. FYR Maċedonja
  5. Malta
  6. Rumanija
  7. Olanda
  8. Ungerija
  9. Danimarka
  10. Irlanda
  11. San Marino
  12. Kroazja
  13. Norveġja
  14. Svizzera
  15. Belarus
  16. Bulgarija
  17. Litwanja
  18. Estonja
  19. Israel

Ara l-filmat tal-kanzunetta ‘Breathlessly’ ta’ Claudia Faniello hawn: