Lokali

FILMAT: “Joseph Muscat ma qalx li qata’ l-investiment kapitali bin-nofs” – Simon Busuttil

Simon Busuttil qal li hu faċli għall-Gvern li jagħmel surplus, hekk kif dan qata’ l-investiment fis-settur tal-ispejjeż kapitali b’47%

“L-akbar theddida fl-Ewropa bħalissa hu l-popoliżmu. U dak li ġara lbieraħ f’Malta – il-Gvern Malti ħabbar li għamel surplus. Il-problema hi li l-Gvern Laburista qal nofs l-istorja, u ma qalx li qata’ bin-nofs l-investiment fi spejjeż kapitali” – stqarr dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgħa tal-Kunsill tal-European Democrat Students.

Simon Busuttil qal li hu faċli għall-Gvern li jagħmel surplus, hekk kif dan qata’ l-investiment fis-settur tal-ispejjeż kapitali b’47% – u imbgħad għolla l-ispejjeż rikorrenti.

Simon Busuttil saħaq fuq it-theddida tal-populiżmu, u li Joseph Muscat jimpurtah biss minn kif jidher fl-aħbarijiet – u mhux verament x’inhu ta’ ġid għall-poplu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista indirizza lill-grupp ta’ studenti li jirrapreżreżentaw lill-organizzazjonijiet studensteski minn madwar l-Ewropa kollha. L-MEP Roberta Metsola wkoll indirizzat lill-parteċipanti tal-EDS fid-Dar Ċentrali.

L-European Democrat Student hi l-fergħa tal-istudenti tal-Partit Popolari Ewropew, u organizzaw dawn il-laqgħat tal-Kunsill tagħhom f’Malta maż-żmien tal-Kungress tal-PPE f’Malta. F’isem Malta, ħadet sehem l-għaqda SDM, li kienet strumentali fil-programm tal-attivitajiet għal dawn l-istudenti f’Malta.