Lokali

FILMAT/RITRATTI: Karozza tieħu n-nar fl-Iklin

Għadu mhux magħruf kienx hemm xi nies li weġġgħu f'dan l-inċident.

Vettura tat-tip BMW li kienet ipparkjata fi Triq Geronimo Abos fl-Iklin inqerdet għal kollox kawża ta’ nar li ħakimha.

Il-vettura kienet ipparkjata faċċata tar-residenza tas-sidien tagħha, iżda fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Madankollu, minbarra l-vettura li nqerdet, saret ħsara wkoll fil-faċċata tar-residenza li quddiemha kienet ipparkjata din il-vettura. Tant hu hekk li anzjani li joqgħodu f’din id-dar, u li sfortunatament xi xhur ilu huma wkoll kellhom inċident fejn sofrew ħsara minħabba ħruq fir-residenza tagħhom, kellhom joħorġu barra.

Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jitfu n-nar.