Lokali

Iċċelebrat il-31 ta’ Marzu tal-1979

Ċelebrazzjonijiet tal-31 ta' Marzu 2017
Il-ġurnata li fiha ntemm il-kuntratt tal-bażi militari Ingliża f'Malta, Jum il-Ħelsien.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-31 ta’ Marzu 2017
Ċelebrazzjonijiet tal-31 ta’ Marzu 2017

Illum ġie mfakkar il-31 ta’ Marzu tal-1979, il-ġurnata li fiha ntemm il-kuntratt tal-bażi militari Ingliża f’Malta, Jum il-Ħelsien. Iċ-ċerimonja ta’ tifkira saret madwar il-monument tal-31 ta’ Marzu 1979 fil-Birgu. Matul iċ-ċelebrazzjoni saret parata mill-Forzi Armata ta’ Malta flimkien mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fil-31 ta’ Marzu jiġi ċċelbrat wara li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff kien ġedded il-kuntratt mal-Ingliżi mill-1974 sal-1979 biex b’hekk Malta kompliet isservi bħala bażi militari. Fil-31 ta’ Marzu tal-1979 mbagħad telqu minn Malta l-aħħar bażi militari Ingliża. B’hekk Malta ma kinitx għadha bażi militari taħt s-setgħa barranija.

Għaċ-ċelebrazzjoni attendew l-ogħla personalitajiet tal-pajjiż. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil telgħu viċin il-monument fejn ippreżentaw bukkett fjuri bħala turija ta’ apprezzament.