Lokali

Jitlef ħajtu ż-żagħżugħ li sofra daqqiet ta’ sikkina: L-akkużat bil-qtil se jitressaq il-Qorti

Il-vittma Roderick Grech
Roderick Grech ta’ 26 sena, kien ilu mill-Erbgħa filgħodu l-Isptar Mater Dei taħt kura intensiva

Iż-żagħżugħ li jumejn ilu sofra daqqa’ t’arma li taqta’ u bil-ponta waqt argument f’Birkirkara – miet wara diversi sigħat jiġġieled għall-ħajtu fl-Isptar Mater Dei. Ħabbret dan il-Pulizija fis-7.20 tal-Ġimgħa filgħodu.

Roderick Grech ta’ 26 sena, magħruf bħala iċ-China, kien ilu mill-Erbgħa filgħodu l-Isptar Mater taħt kura intensiva, dan wara li ż-żagħżugħ qala’ diversi daqqiet ta’ t’arma li taqta` u bil-ponta għall-ħabta tas-siegħa u għaxra ta’ filgħodu fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.

Il-vittma tal-aggressjoni instab mill-RIU mal-art f’għadira demm u mitluf minn sensieh, fejn mal-ewwel fuq il-post waslet l-ewwel għajnuna biex tipprova ssalva lil ġuvni.

Sorsi li tkellmu ma’ NET News stqarrew li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin u qed ikunu bbażati fuq informazzjoni li waslitilha, li l-attakk seħħ f’argument waqt traffikar ta’ droga fi Triq Tumas Fenech f’Birkirkara.

Fl-2012, il-vittma kien ammetta quddiem il-Qorti l-involviment tiegħu f’serqa bl-użu tal-armi fil-ħanut The Convience Shop f’Birkirkara.

Fis-sigħat li ġejjin, mistenni li jitella’ quddiem il-Qorti raġel ta’ 36 sena minn Birkirkara akkużat bil-qtil ta’ Roderick Grech. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Fuq Facebook, numru kbir ta’ qraba u ħbieb esprimew id-dispjaċir tagħhom għat-telfa ta’ Roderick – fosthom kuġina tal-vittma:

Intant, fuq il-paġna ta’ NET News fuq Facebook, kienu ħafna li jiftakru lil Roderick, u saħansitra kkummentaw fuq dak li ġara:

Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħodu kmieni:

Żagħżugħ ta’ 26 sena jaqla’ daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta