Lokali

‘L-iffissat t’Alla’ se jitkellem fil-Kavallier ta’ San Ġakbu

L-attur Carlos Farrugia flimkien mat-tim tiegħu se jkun qed itella’ dramm ieħor tal-ġimgħa l-kbira.

Hekk kif wasal iż-żmien tal-ikbar festa ċċelebrata mill-Knisja Kattolika, dik tal-Għid il-Kbir, jaslu magħha numru ta’ attivitajiet sinonimi ma’ dan iż-żmien u li n-nies tkun qed tistenna minn sena għal oħra.

Fost dawn l-attivitajiet wieħed ma jistax ma jsemmix id-diversi drammi li jittellgħu kull sena minn diversi artisti lokali. Fost dawn id-drammi popolari ta’ kull sena, għal dawn l-aħħar għoxrin sena, l-attur Carlos Farrugia flimkien mat-tim tiegħu se jkun qed itella’ dramm ieħor tal-ġimgħa l-kbira. Wara s-suċċess tad-dramm “Kristu fi Strada Stretta” u  “Passjoni tad-Duluri” Netnews.com.mt iltaqa’ mal-karattru interpretat minn Carlos Farrugia u kellimna dwar id-dramm ta’ din is-sena bl-isem ta’ “L-iffissat t’Alla”.

Tkellimna wkoll ma’ Joseph Galea, protagonist ieħor f’dan id-dramm li spjega għaliex il-kunċett tad-dramm tagħhom huwa differenti minn dak li ssoltu n-nies jassoċjaw ma’ dramm tal-ġimgħa l-kbira.

Dan id-dramm se jkun qed jittella mis-7 sal-14 ta’ April li ġej fil-Kavallier ta’ San Ġakbu il-Belt. Għal iktar informazzjoni tista’ tidħol fuq il-paġna ta’ Facebook L-iffissat t’Alla jew fuq www.kreattivita.org.