Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi ta’ natura gravi wara ħabta ma’ karozza

Ritratt: Arkivji
Mutur u karozza jaħbtu fi Triq l-Imdina f'Ħal Qormi, bil-konsegwenza li r-raġel isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

Għall-ħabta tal-ħdax u għoxrin ta’ filgħodu, seħħet ħabta bejn karozza u mutur fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi. Il-vettura tat-tip Peugeot 306 li kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 24 residenti Ħal Luqa.

Mal-ewwel fuq il-post tal-inċident marru l-Pulizija u ambulanza.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-invesigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident stradali għadhom għaddejjin.