Lokali

Tegħreq dgħajsa bin-nies abbord fl-Aħrax tal-Mellieħa

Karozza tal-Pulizija - mill-arkivji
Jidher li d-dgħajsa li minn fuqha ntefgħu l-flares kienet mgħerrqa kompletament.

Tegħreq dgħajsa li kellha n-nies fuqha fl-Aħrax tal-Mellieħa, għalkemm in-nies jidher li ġew salvati, għadhom ma’ għamlux kuntatt mal-Pulizija.

Għall-ħabta tat-3.30PM dehru xi flares ta’ emerġenza fl-ajru qrib l-Aħrax tal-Mellieħa. Jidher li d-dgħajsa li minn fuqha ntefgħu l-flares ħabtet ma’ tank u għerqet kompletament.

B’xorti tajba, in-nies li kienu fuqha jidher li ġew salvati minn persuni oħra li kellhom dinghy, dan sakemm issejħet l-għajnuna tal-RIU u tal-Pulizija. Fuq il-post issejħet ukoll l-assistenza permezz ta’ ħelikopter.

Ma’ Netnews.com.mt madanakollu, il-Pulizija qalet li għalkemm jidher li n-nies ġew salvati permezz ta ‘dinghy privat li ddaħħal f’Tal-Fekruna. Abbord id-dgħajsa kien hemm raġel ta 39 sena mill-Mosta u żagħżugħ ta’ 16-il sena minn San Pawl il-Baħar. Jidher li l-persuni li kienu abbord id-dgħajsa ma sofrew l-ebda ġrieħi.