Lokali

It-tfajla lesta tieħu passi kontra min xerred il-filmati indiċenti

Il-filmat kien ta' periklu fuq l-istabbilta' tax-xogħol ta' din it-tfajla

Min qed ixerred il-filmat tal-koppja li dehru jagħmlu atti intimi f’karozza qiegħed diġa’ jikser il-liġi. U għalhekk, it-tfajla tista’ tieħu passi kontra min xerred il-filmati indiċenti.

Hekk stqarret Martina Caruana min-Network for Young Women Leaders f’kummenti li tat ilbieraħ fil-programm NET LIVE fuq Net Television.

Martina spjegat kif il-Women’s Rights Foundation offrew li jagħtu l-għajnuna legali lil din it-tfajla.

“Il-filmat kien ta’ periklu fuq l-istabbilta’ tax-xogħol ta’ din it-tfajla, għaliex tajjeb ngħidu li din it-tfajla ma tatx il-kunsens tagħha biex il-video jinxtered fuq l-internet”.

Wiċċ il-ġuvni fl-ebda ħin ma jidher fil-video.

Min ixerred filmati indiċenti ta’ dan it-tip ikun qed jirriskja li jeħel piena ta’ ħabs. “Il-video sal-lum għadu jinxtered b’mod irresponsabbli”.

Fi tmiem l-intervista, Martina Caruana għamlet ukoll punt fuq l-effett tal-mezzi tax-xandir f’każi ta’ dan it-tip.

L-intervista ta’ Martina Caruana waqt NET LIVE